top of page

Servizzi ta’ Traduzzjoni Professjonali Onlajn

Maltese

TranslationServices.com tipprovdi traduzzjoni professjonali fi kwalunkwe lingwa, għal kwalunkwe suġġett. It-tim ta’ esperti tagħna ttraduċa eluf ta’ dokumenti għal klijenti, li kollha jinsabu sodisfatti, fosthom dawk ġejjin minn Birkirkara, Ħal-Qormi, Mosta u minn madwar id-dinja. Sew jekk għandek bżonn traduzzjoni mill-Malti, Ingliż, Ħindi, Spanjol jew Ċiniż, aħna nwegħdu li nittraduċu l-proġett tiegħek għall-ogħla standard.


Ikkuntatjana għal kwotazzjoni

​


Liema servizzi noffru?


TranslationServices.com jagħti traduzzjonijiet ta’ kwalita’ għolja għal klijenti li ġejjin minn firxa ta’ sfondi, negozji, għal awturi, għal akkademiċi. Minbarra li tipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti, it-tim ta’ tradutturi tagħna jittraduċi regolarment għal aktar minn 100 lingwa. Noffru:

 

  • Traduzzjoni akkademika. Aħna nistgħu nittraduċu kwalunkwe suġġett mill-Malti għall-Ingliż, mill-Malti għall-Ġermaniż, mill-Malti għall-Ġappuniż, u minn ħafna lingwi oħra.

 

  • Traduzzjoni għan-negozju. Għandek bżonn katalogu tradott mill-Malti għall-Ingliż jew lingwa oħra? Aħna noffru servizzi ta’ traduzzjoni għan-negozju għall-manwali ta’ riżorsi umani, deskrizzjonijiet ta’ prodotti, u kontenut ieħor ta’ negozju u kummerċ.

 

  • Traduzzjoni letterarja. Lest biex tkabbar il-qarreja internazzjonali tiegħek? Aħna ttraduċejna kotba minn kważi kull ġeneru, minn rumanzi, għal manuskritti ta’ fantaxjenza u għall-memoirs. It-tradutturi letterarji tagħna jmorru lil hinn mit-traduzzjoni litterali kelma b’kelma sabiex jippreservaw il-vuċi u l-istil tiegħek.

 

  • Traduzzjoni medika. Aħna ma nipprovdux traduzzjoni medika imma aħna msieħba ma ditta ta’ traduzzjoni mediku li tista’ tittraduċi malajr u b’mod preċiż noti, rapporti mediċi, intervisti ma pazjenti u dokumenti mediċi oħra għal jew mill-Malti.

 

  • Traduzzjoni legali. Aħna msieħba ma’ ditta ta’ traduzzjoni legali li għandha l-esperjenza u l-kompetenza biex tittraduċi l-ittra ta’ intenzjoni tiegħek, affidavits, atti, skemi ta’ privatezza u dokumentazzjoni legali oħra. Is-sieħeb ta’ traduzzjoni legali tagħna huwa dejjem professjonali u konfidenzjali.

 

  • Traduzzjoni ċċertifikata. Agħżel dan is-servizz jekk ikollok bżonn traskrizzjoni akkademika, ċertifikat ta’ żwieġ jew divorzju, jew dokumenti kruċjali oħra tradotti mill-Malti għal skopijiet ta’ immigrazzjoni jew skopijiet simili.

 

  • Lokalizzazzjoni. Qed tfittex li tespandi n-negozju tiegħek għal suq barrani? Nistgħu naddattaw il-kontenut tiegħek għal pajjiżi u reġjuni speċifiċi.

 

  • Sottotitolazzjoni. Nistgħu nittraduċu d-djalogu bil-Malti fil-vidjows tiegħek u noħolqu sottotitli f’lingwi oħra, bħat-Taljan, il-Portugiż, jew il-Vjetnamiż.

 

  • Traduzzjoni ġenerali. Għandek bżonn dokument tradott bl-isien Malti b’mod mgħaġġel? Aħna nittraduċi kwaażi kollox b’mod raġjonevoli u preċiż. Għalhekk ikkuntattjana biex tiddiskuti l-bżonnijiet ta’ traduzzjoni bil-Malti tiegħek.

 


Min aħna?


It-tradutturi ta’ TranslationServices.com huma professjonisti bi kwalifiki għolja, b’esperjenza ppruvata u b’attenzjoni fenomenali għad-dettall. It-tradutturi Maltin tagħna jispeċjalizzaw f’firxa ta’ suġġetti, li jfisser li aħna nassenja kull proġett lil membru tat-tim xieraq. Aħna noffru l-aqwa servizzi ta’ traduzzjoni lin-nies ta’ Birkirkara, Qormi, il-Mosta u kwalunkwe post ieħor.

 


Għalfejn taħdem ma TranslationServices.com?

 

  • Aħna nipprovdu traduzzjoni affordabbli u preċiża akkademika u litterarja għal kwalunkwe suġġett jew ġeneru.

  • Aħna noffru traduzzjoni professjonali umana fi kwalunkwe lingwa u għal kwalunkwe suġġett.

  • B’differenza minn servizzi oħra ta’ traduzzjoni, aħna ma niddependux fuq traduzzjoni mekaniċi iżda minflok nafdaw kull proġett ta’ traduzzjoni lill-membri tat-tim professjonali tagħna.


Aħna kburin bl-istandards għoljin ta’ kwalita li t-tradutturi professjonali tagħna kapaċi jiksbu, u aħna niggarantixxu s-sodisfazzjoni tiegħek mix-xogħol tagħna.


Ikkuntatjana għal kwotazzjoni

bottom of page